Futbol Sport

Tazza tar-Re – Real Madrid jegħlbu lil Barcelona fil-finali

Minkejja li kellohm lil Cristiano Ronaldo nieqes minħabba injury, Real Madrid għelbu lir-rivali Barcelona fil-finali tat-Tazza tar-Re bi skor ta’ 2-1. B’din ir-rebħa Real pattew għat-telfa li sofrew fil-finali tal-istess kompetizzjoni ta’ sena ilu kontra Atletico Madrid. Barra minn hekk, din kienet it-tieni darba konsekuttiva li Real għelbu lil Barcelona fil-finali ta’ din it-tazza wara li fl-2011 rebħulhom 1-0. Din kienet id-19-il darba li Real rebħu din it-tazza. Il-kowċ ta’ Real, Carlo Ancelotti iċċelebra d-900 logħba tiegħu bħala kowċ b’dan is-suċċess.

Wara 10 minuti Real marru fil-vantaġġ b’kontra attakk fejn kien Benzema li beda l-azzjoni u għadda ballun lejn DI MARIA li għeleb lill-goalkeeper Pinto għal skor ta’ 1-0. Ta min jgħid li Di Maria deher li kien kemmxejn f’po’>izzjoni ta’ offside meta irċieva mingħand Benzema.

Il-Katalani kellhom jistennew sa 20 minuta mit-tmiem biex ġabu d-draw. Minn azzjoni ta’ corner kien BARTRA, li ‘>markat fil-kaxxa, b’daqqa ta’ ras stupenda għeleb lil Iker Casillas għal 1-1.
Hekk kif kif il-logħba dehret li kienet se tmur għal ħin barrani l-winger Gareth BALE skurja t-tieni gowl tal-Madrileni. Bale għamel ħarba mill-aqwa u skurja b’xutt fil-baxx li ma ta l-ebda ċans lil Pinto.
Real għadhom b’ċans li jirbħu t-‘Treble’ hekk kif imisshom jilagħbu fis-semi finali taċ-Champions League kontra Bayern Munich u fil-kampjonat qegħdin tliet punti taħt il-liders Atletico.