Internazzjonali

Tkompli t-tfitxija għat-300 passiġġier nieqes fil-Korea

– disa’ persuni nstabu mejta fil-Korea t’Isfel

Temp ikraħ u kurrenti qawwija qed jagħmluha diffiċli biex titkompla l-ħidma li qed issir fl-ibħra barra mill-gżira ta’ Byeongpung fil-Korea ta’ Isfel fi sforz biex jinstabu l-persuni kollha li kienu fuq il-vapur li għereq il-Ġimgħa.

B’kollox fuq il-bastiment kien hemm 475 persuna – l-maġġoranza tagħhom studenti li kienu jmorru l-istess skola. Sa issa nstabu 179 – disa’ minnhom mejta. Iżda baqa’ kważi 300 persuna li għadhom irrapurtati nieqsa.

Kollox qed jindika li l-vapur ħabat ma’ xi ħaġa imma ma’ xiex s’issa għadu ma ġiex stabbilit.