Fl-aħħar jiem, kienu bosta dawk li marru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fil-Pieta’ u żaru l-wirja Sakris, wirja marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira li tilħaq il-qofol tagħha proprju għada.
Fil-fatt, din il-wirja, organizzata minn Blue Circle Events, issa ilha miftuħa gimgħa u tkun miftuħa anke llejla bejn is-6 ta’ filghaxija u nofs-il-lejl u għada filgħodu bejn it-8 u nofsinhar.
Kif wieħed jistenna, din il-wirja ntlaqgħet tajjeb ħafna minn dawk li żaruha, tant li n-numru ta’ persuni li marru d-Dar Centrali proprju għal din il-wirja żdied jum wara l-ieħor.
F’din il-wirja, bl-isem ta’ Sakris, wieħed isib aktar minn 50 bicca tal-arti, li saru minn 20 artisti differenti.
Għalhekk, infakrukom li l-aħħar cans biex taraw dawn il-biċċiet tal-arti b’rabta mal-Gimgħa l-Kbira huwa llejla u għada filgħodu. Id-dħul għall-wirja fid-Dar Ċentrali huwa b’xejn.
//= $special ?>