Lokali

11-il kowċ tal-Judo jiggradwaw fit-tieni livell

L-aħħar xahar kien impenjattiv għall-Federazzjoni Maltija tal-Judo fejn sar il-Malta International Judo Open u fl-istess ħin iggrawdwaw ukoll 11-il kowċ tal-Judo fit-tieni livell mill-Akkademja tal-kowċis tal-Kumitat Olimpiku Malti u mill-Universita` ta’ Semmelweis.

Vito Aufieri, Joseph Bonello, Mario Cardona, Lloyd Caruana, Joseph Castillo, Serge Dintimille, Ivan Esposito, Louisa Agius Galea, Murman Korchilava, Gaetano Scerri u Alexis Milne irċevew iċ-ċertifikati mid-Dekan tal-Fakulta` tal-Edukazzjoni Fiżika tal-Universita` ta’ Semmelweis fl-Ungerija, Dr. Zsolt Radak.

Intant kienu sitt pajjiżi, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Italja, l-Istati Uniti u Malta li kkontestaw disa’ kategoriji fis-sezzjoni tas-Seniors fit-30 edizzjoni tal-Malta International Judo Open. It-tim re;jonali ta’ Sqallija kien kompost minn tmien Judokas li bejniethom rebħu midalji f’Kampjonati Ewropej u Tazzi Ewropej tal-Kadetti u diversi titli Nazzjonali tal-kadetti.

Il-klabb Franċiż ACBB, li dan l-aħħar rebaħ midalja tal-bronż fil-Kampjonat tat-Timijiet tal-Premier League Franċiż ukoll ħa sehem.