Fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira ngħata bidu għan-novena tal-ħniena divina, ċelebrazzjoni li kien beda il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni. Din is-sena il-Ħniena Divina se tiġi ċċelebrata propju fil-ġurnata tal-Kanonizazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u tal-Papa Ġwanni 23.
Il-festa tal-Ħniena Divina, li tiġi ċċelebrata fil-Ħadd ta’ wara l-Għid, ngħatat importanza kbira mill-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni hekk kif kien stabbiliha fis-sena 2000.
L-oriġini tal-festa tmur lura għas-soru qaddisa Faustina Kowalska li kienet tara viżjonijiet ta’ Ġesu’. F’dawn id-dehriet Ġesu’ kien staqsa lil Suor Faustina sabiex titwaqqaf festa li tħeġġeġ lill-bniedem isib refuġju f’Gesu. Kien hekk li twaqqfet il-festa tal-Ħniena Divina.
Interessanti l-fatt li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni miet lejlet il-festa tal-ħniena divina fl-2005.

