Sport

Michael Sultana; Il-ġerrej tax-Xahar

Il-jockey u sewwieq ta’ 26 sena Michael Sultana, magħruf l-aktar fil-galopp, minn dan l-istaġun beda wkoll isuq iż-żwiemel tat-trott u ġie vvutat ġerrej tax-xahar. F’Marzu saq 7 tiġrijiet tat-Trott u 3 tal-galopp li minnhom rebaħ 2 tat-trott u 2 tal-galopp u spiċċa darba fit-tielet post f’tiġrija tat-trott u oħra tal-galopp.

Fid-19 ta’ Marzu Sultana rebaħ tiġrija tal-galopp kif ukoll tat-trott, xi ħaġa li bħalissa jidher li hu biss jista’ jagħmilha.

Michael Sultana iddebutta bħala jockey fis-26 ta’ Marzu 2006 b’rebħa fuq id-debba Nina Royale. Minn dakinhar kellu 145 tiġrija li minnhom rebaħ 43 u kellu 53 pjazzament sat-tielet post.
Il-karriera tat-trott bdiha fid-9 ta’ Frar ta’ din is-sena biż-żiemel Seigneur du Dropt u l-ewwel rebħa waslet bl-istess żiemel fit-8 ta’ Marzu. S’issa saq total ta’ 14-il tiġrija li minnhom rebaħ 2 u ħa 3 pjazzamenti sar-4 post.

Sultana rebaħ l-unur tal-aqwa jockey tal-galopp fis-snin 2009, 2010 u s-sena l-oħra filwaqt li bħalissa qed jokkupa l-ewwel post.
Aapparti plakka ta’ tifkira, Michael Sultana ser jingħata wkoll flixkun whiskey Johnnie Walker Red Label u l-preżentazzjoni se ssir għada minn rappreżentant tad-Ditta M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd.