Tul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kienu bosta Maltin li attendaw għall-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira organizzata b’risq Puttinu Cares.
Għal din l-attivita’ attendew madwar tmint elef persuna, li mxew mill-Mellieha sal-Isla, f’mixja li dammet madwar 5 siegħat hekk kif bdiet fis-2 tal-Gimgha filghodu u ntemmet ghall-habta ta’ xi 7.30 ta’ filgħodu.
In-numru ta’ parteċipanti kien id-doppju tas-sena l-oħra, hekk kif sena wara sena din l-attivita’ kompliet tikber fil-popolarita’ u daħlet sew fil-kallendarju tal-Maltin. Din il-mixja qed issir għall-ħdax-il sena konsekuttiva, b’seba snin minnhom saret b’risq Puttinu Cares. Din is-sena inġabret is-somma rekord madwar 75,000 ewro. Is-sena l-ohra kienu inġabru 50 elf ewro.
Din is-sena attendew nies ta’ kull eta’ li iddeskirvew il-mument li waslu fl-Isla bħala wieħed ta’ sodisfazzjon kbir. Kien fil-fatt parteċipant ta’ din il-mixja li għadilna dawn il-filmati.
Xi wħud ukoll baghħtulna r-ritratti taghħhom, jew telawhom fuq facebook, hekk kif temmew il-mixja b’suċċess. F’dawn ir-ritratti huma juru c-certifikat li inghata lilhom fi tmiem il-mixja.
F’kummenti li taw lil dan l-istazzjon huma fissru s-sodissfazzjon tagħhom għal din l-isfida li ma kienitx facli b’mod partikolari għal dawk li mhumiex imdorrijin jagħmlu eżercizzju fiżiku.
Il-flus li inġabru se jmorru għall-ispejjez tal-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Sutton fl-Ingilterra. Dawn l-appartamenti jintuzaw minn tfal li flimkien mal-familja tagħhom jitilgħu l-Ingilterra sabiex jirċievu kura medika għall-kanċer.
//= $special ?>

