Lokali

Persuni jsofru ġrieħi f’żewġ inċidenti separati

Mara baranija sofriet xi ġrieħi wara li ttajtret f’The Strand il-Gzira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Il-mara ittajret minn mutur, li kien qiegħed jinstaq minn raġel barrani ta’ 44 sena.

Hi ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Intant f’każ separat iktar kmieni matul il-ġurnata, żewġ muturi ħabtu f’Tas-Sliema.

Mhux magħrufa il-kundizzjoni taż-żewg sewwieqa.

L-inċident ikkawża traffiku kbir.