Lokali

Mara l-isptar wara xokk, x’aktarx kawża ta’ sajjetta

Mara ta’ 27 sena resident l-Fgura kellha tiddaħħal l-isptar kmieni illum wara nofsinar wara li s-sajjetti u l-beraq li ħakmu l-gżejjer Maltin ikkawżaw ħruq u ħsara fid-dar tagħha.

Il-każ seħħ meta l-mara kienet qed tniżżel tinda u ħasset xokk qawwi. X’aktarx li xokk minn xi sajjetta.

Membri tal-Protezzjoni Civili marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Issejħet ukoll ambulanza li ħadet il mara l-isptar, madanakollu jidher li l-mara tinsab f’kundizzjoni stabbli.