Fit-taħdidiet ta’ paċi li saru fil Ġinevra li saru l-Ħamis, intlaħaq ftehim mhux mistenni, biex isir sforz, biex tikkalma s-sitwazzjoni fl-Ukrajna, imma l-president Amerikkan Obama esprima d-dubji dwar kemm jista’ jirnexxi ftehim.
Sa dan it-tant, kien hemm kundanna għall-fuljetti li tqasmu f’ xi bliet fil-lvant tal-Ukranja quddiem is-sinagogi, fejn il-Lhud kienu mistennija jibdew jilbsu mod li juru li huma Lhud; xi ħaġa li qanqlet memorji ta’ dawk li kienu jagħmlu n-nazisti.
//= $special ?>

