Lokali

Uffiċċjali jgħassu tajra protetta

Uffiċċjali tal-ALE qed jgħassu speċi rari u protetta ta’ Kuċċarda (Long-legged Buzzard) li dehret fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, matul il-ġurnata tal-Ħamis.

L-għasfur qatta l-lejl f’pajjiżna sakemm il-kundizzjonijiet tat-temp ikunu favorevoli biex ikompli il-vjaġġ tiegħu.

Iż-żona fejn jinsab l-għasfur ma tħabbarx sabiex jiġi protett. Uffiċjali mill-Wild Birds Regualtion Unit qed iwettqu rondi bil-vetturi u bil-mixi u jinsabu f’kuntatt kontiwu mal-uffiċjali tal-pulizija u tims ta’ voluntiera li jinsabu fil-post.