Lokali

Filmat: Jumejn oħra tiftaħ il-kampanja elettorali

Nhar it-Tnejn li ġej, l-għada tal-festa tal-Għid, tiftaħ il-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ħames ġimgħat li jwasslu għall-jum tal-24 ta’ Mejju, ġurnata li fiha, l-poplu Malti u Għawdxi hu mistieden biex jivvota u jagħżel is-sitt rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiftaħ din il-kampanja elettorali tiegħu b’rally, it-Tnejn filgħaxija stess fis-6 ta’ filgħaxija, fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’.

Rally, li minbarra li se jattendu għalih il-kandidati kollha għal din l-elezzjoni, 11 b’kollox, se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Għal din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed jirrapreżenta total ta’ 11-il kandidat. Ray Bugeja. David Casa. Therese Comodini Cachia. Kevin Cutajar. Helga Ellul. Stefano Mallia. Roberta Metsola. Kevin Plumpton. Jonathan Shaw. Norman Vella u Francis Zammit Dimech.

Matul il-ħames ġimgħat li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista mistenni jorganizza numru ta’ attivitajiet li matulhom, il-poplu Malti u Għawdxi jkollu opportunita’ li jiltaqa’ mhux biss mal-amministrazzjoni tal-Partit, iżda b’mod speċjali mal-11-il kandidat ta’ din l-elezzjoni.