Bħalissa erba’ avventurieri Maltin jinsabu fin-Nepal fil-fruntiera maċ-Ċina iħejju ruħhom biex fil-ġimgħat li ġejjin jagħmlu tentattiv biex jitilgħu fuq l-ogħla muntanja fid-dinja, il-muntanja Everest, b’għoli ta’ 8,848 metru jew 29,029 pied.
Dawn huma Raphael Fenech Adami, Matthew Xerri, Douglas Barbaro Sant u Gregory Attard.
Propju sbieħ il-Ġimgħa, valanga kbira ta’ silġ f’parti tal-muntanja Everest fin-naħa tal-Punent, ħalliet 12-il gwida lokali, magħrufa bħala Sherpas, mejtin.
B’xorti tajba, l-erba’ Maltin li jinsabu fin-naħa tat-Tramuntana tal-muntanja ma ntlaqtux, imma t-tragedja xorta ħalliet effett fuq il-gwidi tagħhom, kif jispjega ma’ dan l-istazzjon wieħed mill-erba’ avventurieri Maltin, Raphael Fenech Adami.
Min-naħa tagħna nawguraw lil dawn l-erba’ Maltin li jilhqu l-mira tagħhom, xi ħaġa li teħtieġ taħriġ, determinazzjoni, stamina u fuq kollox kuraġġ.
//= $special ?>