Kultura Lokali Mużika

Illejla Federica Falzon fuq “Ti Lascio Una Canzone”

Il-kantanta żagħżugħa Maltija, Federica Falzon, tinsab f’Ruma biex is-Sibt filgħaxija tieħu sehem fil-finali tal-programm “Ti Lascio una canzone”, li se jixxandar fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali Taljan, Rai Uno.

Din mhix se tkun  l-ewwel esperjenza ta’ Federica Falzon fuq il-programm minħabba li diġa` ħadet sehem tmien darbiet u ġiet ħames darbiet fl-ewwel post u tliet darbiet fit-tieni post.

Is-Sibt hi se tikkompeti b’żewġ siltiet li huma “Un Amore cosi grande” u “Il mare calmo delle sera”.

Jekk Federica Falzon tirbaħ, is-Sibt li ġej se terġa’ tieħu sehem fil-Coppe delle Coppe.

Min-naħa taghna nawguraw aktar suċċess lil Federica Falzon fil-karriera tagħha.