Edukazzjoni Ewropa Lokali

10 pajjiżi jingħaqdu f’proġett inter-kulturali minn AEGEE-Valletta

aegee-valletta aegee

Il-fatturi li jgħaqqdu lill-Afrika ta’ Fuq, l-Lvant Nofsani u l-Ewropa kienu fiċ-ċentru ta’ proġett mwettaq minn AEGEE-Valletta. Il-proġett iffoka fuq id-djalogu inter-kulturali u l-inklużjoni u se jkun intitolat ‘Raising the Bar: Euromed A Way Forward’.

L-għan tal-proġett kien li jqajjem kuxjenza dwar il-fatturi li huma komuni bejn dawn ir-reġjuni, għaliex meta persuni jitkellmu fuq l-Afrika ta’ fuq, Lvant Nofsani jew l-Ewropa, jkun hemm it-tendenza li jiffokaw fuq id-differenzi bejn dawn il-pajjżi, meta fil-fatt hemm ħafna affarijiet li huma komuni.

Wieħed jista’ jibda billi jirrelata l-istorja bejn pajjiż u ieħor, kif ukoll id-diffikultajiet soċjali. Sfortunatament imma, hemm tendenza li dejjem nitkellmu fuq dak li jaqsamna iktar milli dak li jgħaqqadna. Hija wkoll realta li ħafna drabi, l-affarijiet different bejn pajjiż u iehor huma dawk l-affarijiet li jżewwquna u jġaluna napprezzaw aħjar il-kulturi u tradizzjonijiet tar-reġjun Mediterranju.

Iċ-ċavetta f’dal-kuntest hi allura li nipprovaw insibu bażi komuni bejnietna fil-waqt li napprezzaw id-differenzi billi nippromovu djalogu.

Il-proġett kien jinkludi taħriġ, iffinanzjat taħt Azzjoni 3 mill-Programm żgħażagħ fl-Azzjoni, li offra opportunita’ għall-parteċipanti nvoluti biex jirriflettu fuq il-kwistjonijiet li huma komuni ghal-pajjiżi li ġejjien mir-reġjun tal-Unjoni Ewropea/Mediterran.

Dan il-kors ta’ taħrig iffoka l-iktar fuq tlett suġġetti, fosthom id-djalogu inter-kulturali li ġie msaħħaħ permezz ta’ komunikazzjoni inter-kulturali, l-inkluzjoni u ż-żgħażagħ fir-reġjun tal-EU/Mediterran b’kuntest Ewropew u l-immaniġġjar ta’ proġetti u parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ b’mod innovattiv u kreattiv.

B’dal mod, dan it-taħriġ irriżulta f’opportunitajiet għal mexxejja taż-żgħażagħ mistiedna biex jipparteċipaw b’mod sħiħ u attiv, u b’hekk jistimulaw l-inizjattiva, l-innovzzjoni u l- intraprenditorija.

Il-proġett ħoloq ambjent fejn fih il-parteċipanti appoġġjaw lil xulxin fuq temi bħall-inklużjoni u l-komunikazzjoni interkulturali.

It-taħriġ sar fuq ħamest ijiem fejn 30 parteċipant minn għaxar pajjiżi differenti minn madwar il-Mediterran ingħaqdu flimkien. Dawn kienu: Malta, il-Greċja, il-Kroazja, Spanja, l-Italja, il-Palestina, it-Tuneżija, l-Eġittu, it-Turkija u l-Marokk.