Futbol Sport

Birkirkara 90 minuta bogħod mit-titlu

Birkirkara …….… 4
Hibernians …………… 1

Birkirkara ma ddiżappuntawx lill-partitarji numerużi meta f’logħba li kellhom bżonn jirbħu biex ikomplu l-ġirja tagħhom fil-quċċata, għelbu lil Hibernians 4-1 u issa kollox jiddependi minnhom biex iżommu t-titlu jekk jevitaw telfa fl-aħħar logħba l-ġimħa d-dieħla kontra Valletta. B’hekk il-Karkariżi jinsabu 90 minuta bogħod milli jerġgħu jkunu nkurunati Champions.

Hibernians dehru iktar agressivi fil-bidu b’numru ta’ azzjonijiet li ma kienu tal-ebda periklu għal Haber. L-ewwel azzjoni qrib il-lasti waslet minn Birkirkara meta freekick ta’ Bissi għadda ftit barra.

Fit-22 minuta Birkirkara ħlew opportunita` tad-deheb meta Herrera ħarab mal-linja, tefa’ kross imma Shodiya m’approfittax mill-ħarġa ħażina ta’ Balzan u tefa’ għoli.

Il-gowl wasal biss ħames minuta wara meta għal darb’oħra Herrera ħarab mal-linja, u pprova xutt fil-baxx li Balzan salva imma ma żammx, il-ballun li wasal għand Jhonnathan BENITES li kompla ġewwa f’lasta vojta.

Fl-54 minuta Benites seta’ għaqqad id-doppjetta personali meta rċieva fit-tul, ħarab mid-difensuri imma dam jaħsibha biex laħaq wasal Failla li ħadlu l-ballun.

Fit-58 minuta kienu Hibernians li ħlew ċans tajjeb meta Dos Santos irċieva b’daqqa ta’ ras ta’ Obiefuele imma minn pożizzjoni angolata tefa’ barra.

Fil-61 minuta Zach MUSCAT għamilhom tnejn għal Birkirkara meta minn freekick mill-isbaħ ta’ Benites, b’daqqa ta ras stupenda antiċipa lil Kristensen u kompla ġewwa.

Fit-72 minuta, waqt li l-logħob kien wieqaf, Hibernians spiċċaw b’għaxra meta Obiefuele tkeċċa talli skont l-assistent referee ta daqqa ta’ minkeb.
Żewġ minuti biss wara HERRERA għamilhom tlieta meta wara ġirja tajba minn pożizzjoni angolata għeleb lil Balzan.

Imma Birkirkara kienu għadhom mhux lesti u fit-83 minuta Jhonnathan BENITES għamilhom erbgħa meta aoppforitta minn żball f’nofs il-grounds fejn Hibs tilfu l-pussess, ħarab waħdu, dar ma’ Balzan u xeħet ġewwa.

Fis-87 minuta Hibernians skorjaw il-gowl tal-bandiera naqqsu d-distakk meta Jackson LIMA żmarka ruħu u kkonkluda ġewwa wara kross tajjeb minn Clayton Failla. Madankollu dan kien biss gowl ta’ konsolazzjoni bil-Karkariżi f’dellirju ta’ ferħ hekk kif issa kollox iħoll u jorbot fuq il-logħba ta’ Valletta kontra Balzan u l-logħba determinanti s-Sibt li ġej bejn l-istess Valletta u Birkirkara.

Hibernians> D. Balzan, T. Tabone Desira, I. Radusinovic, J. Pearson, J. Lima Siqueira, B. Kristensen, Z. Levnaic, C. Failla, O. Obiefuele, E. L. Dos Santos, J. P. Farrugia
Sost> A. Cohen flok B. Kristensen 68 min., J. Bezzina flok J. P. Farrugia 68 min., J. Degabriele flok T. Tabone 82 min.

Birkirkara> J. Haber, Z. Muscat, N. Vukanac, M. Bissi, J. Zerafa, R. Muscat, P. Fenech, R. Scicluna, S. Haruna Shola, E. Herrera, J. Benites
Sost> R. Camenzuli flok E. Herrera 76 min., F. Temile flok Z. Muscat 84 min.
Imwissija> Z. Levnaic 16min., E. L. Dos Santos 52 min. (H) N. Vukanac 52 min. (B)
Tkeċċa> O. Obiefuele
Skurja> J. Benites 27 min., Z. Muscat 61 min., E. Herrera 74 min., J. Benites 83 min. (B) J. Lima 87 min. (H)

Referee> Mario Apap
Il-mument Plejer tal-Logħba> Edward Herrera