Francis Zammit Dimech, Kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kultura il-lejla feraħ lil Fedrica Falzon, mezzo sopran ta’ 10 snin, li rebħet l-ewwel premju b’kanzunetta li kantat ma’ Vincenzo Carni fil-programm tar-RAI 1 ‘Ti Lascio una Canzone 2014’.
Federica Falzon kantat u rebħet bil-kanzunetta ‘Un amore cosi grande’.
Francis Zammit Dimech qal li l-parteċipazzjoni ta’ Federica Falzon f’dan il-konkors fuq ir-RAI 1 juri li l-Maltin għandhom talent kbir u li jekk ikollhom l-opportunità kapaċi anke joħorġu barra minn xtutna, jipparteċipaw u jirbħu.
Il-kelliem tal-PN dwar il-Kultura qal li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, li ftit jiem oħra niċċelebraw il-10 anniversarju tagħha, fetħitila l-bibien beraħ għall-Ewropa u tat l-opportunità lil mijiet ta’ Maltin biex jagħmlulna unur barra pajjiżna.
Francis Zammit Dimech tenna li kien deteminat li jkompli jagħmel ħiltu, kif għamel meta kien Ministru tal-Kultura, biex l-opportunitajiet għall-Maltin b’talent jkomplu jitkattru sew fil-pajjiżi tal-Unjoni Eweopea kif ukoll f’pajjiżi oħra mxerrda ma-dinja.
//= $special ?>