Sewwieq ta’ 58 sena residenti f’Ħal Luqa u żewġ passiġġieri nisa, ta’ 53 u 80 sena rispettivament kellhom jiddaħħlu l-isptar il-Ħadd filgħodu wara inċident f’Tarxien Road, Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu, meta r-raġel li kien qed isuq karozza tat-tip Toyota Platz fid-direzzjoni taż-Żejtun, baqa’ dieħel ġo siġra.
Wara li ddaħħlu l-isptar, ir-raġel ġie ċertifikat li qed ibati minn grieħi ħfief, filwaqt li ż-żewg nisa’ ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
//= $special ?>

