It-talent Malti ġie premjat, hekk kif ftit tal-ħin ilu, iċ-ċkejkna Federica Falzon rebħet l-ewwel premju fil-programm popolari “Ti Lascio Una Canzone”, li jixxandar kull ġimgħa fuq Rai Uno.
F’din l-aħħar serata, flimkien ma’ Vincenzo Carni, Falzon offriet prestazzjoni mill-aqwa, bil-vuċi tagħha tqanqal l-ammirazzjoni ta’ dawk preżenti fis-sala u ta’ dawk li setgħu jivvutaw għal kanzunetta rebbieħa mill-kumdita’ ta’ djarhom.
Flimkien mal-kanzunetta rebbieħa ta’ Fazlon u Carni, “Un Amore Cosi Grande”, kien hemm żewġ kanzunetti finalisti, “A Te” li kisbet it-tieni post, u “Pensieri e Parole”, li ġiet fit-tielet post.
Issa jmiss li Federica Falzon is-Sibt li ġej se terġa’ tirrapreżenta lil pajjiżna billi tikkompeti fil-“Coppa delle Coppe”.
Min-naħa tagħna, nawguraw lil Federica Falzon kull suċċess.
//= $special ?>

