Wara li t-Tnejn filgħaxija ittiehed il-vot fil-Parlament dwar il-liġi tal-Unjoni Civili, li l-PM Joseph Muscat iddeċieda li tkun tinkludi wkoll l-adozzjoni tat-tfal minn koppji gay għadd kbir ta’ partitarji Laburisti ipprotestaw għal din id-deċiżjoni.
Sorsi li tkellmu mal-gazzetta Il-Mument jgħidu li kien hemm ħafna Laburisti li ħaduha bi kbira għall-mod kif Muscat imbotta ‘l quddiem biex tkun legali li koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jadottaw it-tfal.
Hu mifhum li diversi partitarji ċemplu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jipprotestaw fuq il-mod kif Muscat qed jirrombla fuq il-fehma tal-maggoranza tal-votanti Laburisti.
Mhux hekk biss, il-Mument tirrapporta li kien hemm ukoll diversi każi ta’ partitarji li rritornaw it-tessera taghhom tal-Partit Laburista. L-iktar minħabba din l-aħħar deċiżjoni iżda wkoll minħabb aspetti oħrajn fuq natura iktar individwali.
Diversi ilmentaw li l-Partit Laburista kiseb dak li ried u issa abbanduna l-ilmenti u l-ħtiġijiet tagħhom. Oħrajn qed iħossuhom traduti minn Muscat u mill-Partit Laburista minħabba li qabel l-elezzjoni kienu mwiegħda li se jingħataw rimedju għal xi ingustizzja li fil-fehma tagħhom kienu għaddew minnha u issa qed jgħidu li Muscat nesiehom.
Sadanittant, fi stħarrig li sar mis-sit elettroniku tal-ġurnal Maltatoday, 55 fil-mija ta’ dawk li wieġbu qalu li l-Gvern Laburista ma kellux il-mandat elettorali li jdaħħal ligi li tkun tinkludi d-dritt li koppji gay ikunu jistgħu jadottaw it-tfal.
//= $special ?>

