Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann l-Arcisqof ta’ Malta Pawlu Cremona mexxa l-Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir bis-sehem tal-Kapitlu tal-Katidral u anke tal-kor.
Fil-bidu tal-quddiesa l-Arcisqof qal li permezz tal-quddiesa fl-Għid il-Kbir l-Insara qed iġeddu t-twemmin tagħhom fil-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu’ Kristu.
Fl-omelija, l-Arcisqof Cremona qal li L-Arcisqof Pawlu Cremona qal li fil-jiem li għaddew iċċelebrajna l-bidu ta’ żewg sagramenti kbar li huma s-Sagrament tal-Ewkaristija f’Ħamis ix-Xirka u s-Sagrament tal-Magħmudija fil-lejl li fih il-Mulej qam mill-imwiet.
Qal li permezz tal-qawmien mill-mewt ta’ Gesu’ il-mewt saret passaġġ għal qawmien għal dawk kollha li jemmnu.
L-Arcisqof qal li wara li Gesu’ qam mill-mewt hu għamel 40 jum qrib dawk li kienu madwaru għax kien jaf li għalkemm kien qalilhom li hu se jqum mill-mewt, huma riedu jarawh biex jemmnu.
Hu spjega li dawn il-jiem huma mezz biex l-Insara jiffukaw aktar fuq il-ħajja Nisranija tagħhom.
Wara li saret iċ-ċelebrazzjoni tat-tqarbin imqaddes, fi tmiem il-quddiesa l-Arcisqof ta’ l-Barka Appostolika bl-Indulgenza Plenarja.


