Lokali

Verżjoni moderna ta’ MaltaRightNow.com

Matul il-jum tal-Ħadd, Media.Link Communications nediet verżjoni aktar moderna tan-newsportal tagħha MaltaRightNow.com. Wara xhur ta’ ħidma, it-tmexxija tal-kumpanija segwiet is-suġġerimenti tal-qarrejja biex din il-verżjoni ta’ MaltaRightNow.com tkun aktar viċin dak li jridu l-qarrejja tal-portal.

Din il-verzjoni ta’ MaltaRightNow.com, b’dehra aktar moderna, tagħti aktar spazju għal element awdjo-viżiv u interattiv. Minbarra żieda fir-ritratti, din il-verżjoni se tinkludi wkoll ammont akbar ta’ filmati u anke xandiriet diretti.

Kienu ħafna dawk li staqsew għal spazju fejn ikunu jistgħu jikkummentaw dwar l-istejjer li jittellgħu. U din il-verżjoni tagħti ċ-ċans għal aktar interattivita’ fejn kulħadd jista’ jikkummenta, u mingħajr il-ħtiega li tirregistra. Fuq kollox, is-servizzi pprovduti minn MaltaRightNow.com jibqgħu b’xejn.

B’udjenza medja ta’ bejn 10,000 u 15,000 viżitatur uniku kuljum, MaltaRightNow.com igawdi mis-servizzi li tipprovdi Media.Link Communications, speċjalment it-tim ta’ ġurnalisti, cameramen u editors, iżda wkoll persuni teknici li jikkumplimentaw is-servizz provdut.

L-aġġornament fid-dehra tan-newsportal wassal ukoll għal aġġornament fil-paġna ta’ MaltaRightNow.com fuq Facebook. B’aktar minn 25,000 persuna ssegwi l-paġna fuq Facebook, it-Tim ta’ MaltaRightNow.com qed ikompli jżid l-ammont ta’ aħbarijiet li jiġu xxerjati għall-għarfien ta’ dawk li jsegwu.