Futbol Sport

Mosta jibqgħu fuq Sliema wara tmiem drammatiku

SLIEMA W……….0
MOSTA…………….0
Sliema> G. Zammit, A. Muscat, J. Borg, M. Scerri, S. Ohawuchi, G. Zammit, C. Gatt Baldacchino, I. Woods, P. Barbetti, M. Muchardi, S. Biancardi, A. Vladavic
Sost> J. Mintoff flok J. Borg 46’, T. Cilia flok M. Scerri 60’, A. Xuereb flok I. Woods 79’

Mosta> O. Borg, R. Ekani, T. Farrugia, M. Brincat, I. Grech, A. Carrozza, R. Grech, M. Micallef, I. Zammit, C. Martins, G. Piccioni
Sost> D. Pereira flok C. Martins 4’

Imwissija> M. Micallef 18’, I. Grech 29’, R. Grech 89’, D. Pereira 90’, O. Borg 90’ (M), S. Ohawuchi 42’, S. Biancardi 45’, M. Muchardi 71’, C. Gatt Baldacchino 90’ (S)
Tkeċċa> R. Ekani 90’ (M)
Referee> Malcolm Spiteri
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba> Manolito Micallef (Mosta)

F’partita bilanċjata bi tmiem drammatiku Mosta u Sliema ħadu punt kull wieħed fi draw 0-0. L-ewwel taqsima kienet dominata minn Mosta bi Sliema jattakkaw iktar wara l-mistrieħ iżda li ma kienx għad-diversi opportunitajiet falluti minn Piccioni, Mosta kienu joħorġu rebbieħa. It-tmiem tal-partita kien eċċitanti ferm li biddel l-andament tal-partita biż-żewġ timijiet imorru viċin ir-rebħa.

 

Għal Sliema irritornaw Paltemio Barbetti, Clifford Gatt Baldacchino u Admir Vladavic u Mosta kienu mingħajr Bojan Kaljevic filwaqt li tilfu lil Cristian Martins fil-bidu tal-partita.
L-ewwel azzjoni waslet minn Mosta meta fl-10 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Piccioni spiċċa fuq il-lasta. Fit-18-il minuta Mosta skorjaw iżda wara ftit kontroversja l-gowl tħassar meta Mano Micallef għola ma’ Glenn Zammit u mess il-ballun b’idu qabel spiċċa fil-lasta. Wara diskussjoni mar-referee tal-linja Alan Mario Sant il-gowl tħassar u Micallef ġie muri l-karta s-safra.
Mosta marru għal darba oħra viċin fl-24 minuta meta xutt mid-distanza ta’ Piccioni ġie mdawwar f’korner minn Zammit. Minuta wara Sliema għal ftit ma skorjawx meta minn kontrattakk Ohawuchi qassam lejn Ivan Woods li sab lil Omar Borg isalva. Fit-30 minuta free-kick ta’ Vladavic għadda ftit għoli. Sitt minuti wara minn azzjoni ta’ korner, daqqa ta’ ras ta’ Tyrone Farrugia għaddiet fuq il-lasti.
Il-Mostin marru viċin fit-38 minuta meta rovexxjata ta’ Pereira ġiet mdawra f’korner b’mod stupend minn Glenn Zammit u f’risposta mmedjati żball ta’ Borg f’nofs il-grawnd, il-ballun spiċċa għand Piccioni li iżda xxuttja barra.
Sliema ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u fit-53 minuta minn azzjoni konfuża Ohawuchi qabbeż fuq Borg iżda Farrugia tajjar minn fuq il-linja bir-ras.
Minuta wara xutt fil-baxx ta’ Mano Micallef ġie mdawwar f’korner minn Zammit. Mosta fallew ċans tad-deheb fit-58 minuta meta minn żball ta’ Clifford Gatt Baldacchino, Piccioni avvanza iżda waħdu quddiem Zammit xeħet ċentimetri barra.
Piccioni baqa’ perikoluż u fis-67 minuta wara pass brillanti ta’ Mano Micallef reġa’ xeħet barrau mbagħad għamel l-impossibli fit-78 minuta meta mill-viċin spara għoli.
Mosta deher li skorjaw fid-90 minuta f’dak li deher gowl ta’ Pereira. Iżda sakemm il-plejers, diriġenti u partitarji Mostin kienu qed jifirħu, r-referee Malcolm Spiteri ħassar il-gowl.
Fl-aħħar azzjoni Sliema setgħu ħadu tliet punti meta Ohawuchi twaqqa’ fil-kaxxa minn Ekani bir-referee Spiteri jordna penalty u jkeċċi lil Ekani fost protesti ħorox. Imma mill-11-il metru, Admir Vladavic ra lil Omar Borg isalva biex żamm lil Mosta punt l-istess Sliema.