Il-Gvern qed jalloka €25 miljun biex sas-sena d-dieħla jintużaw f’14-il proġett ambjentali marbutin fl-użu ta’ enerġija nadifa.
F’laqgħa ta’ informazzjoni lill-benefiċjarji ta’ dan l-investiment, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-fondi qed jinkisbu mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li b’kollox qed jieħdu sehem tmien entitajiet biex it-tisħiħ u l-konservazzjoni tal-enerġija jibqgħu jingħataw prijorita’ għal ħajja u ambjent aħjar.
Ian Borg stqarr li wħud mill-proġetti kienu elenkati mill-Gvern fil-Baġit għal din is-sena.
Il-beneficjarji ta’ dawn il-fondi huma l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), l-Universita’ ta’ Malta, il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, il-Ministeru għal Għawdex, il-WasteServ, l-Awtorita’ dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fil-Post tax-Xogħol (OHSA) u l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).
Jonathan Vassallo, id-Direttur Ġenerali responsabbli mit-Thaddim tal-Fondi mill-Unjoni Ewropea għamel preżentazzjoni dwar l-14-il progett u spjega s-sinifikat tagħhom biex tkun iġġenerata enerġija iżjed nadifa.
//= $special ?>