Nhar il-Ħamis 24 tax-xahar tim magħżul mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-weightlifting se jmur San Marino sabiex jirrappreżenta lil pajjiżna fit-turnament Ewropew għall-pajjiżi żgħar.
Fl-aħħar sentejn it-tim Malti rebaħ midalja tal-fidda u dan jitfa’ ftit ta-pressjoni fuq l-organizzazturi San Marino kif ukoll, Ċipru, l-Iżlanda, Monaco u l-Lussemburgu. It-tim Malti ser jikompeti wkoll fl- Open San Marino kontra l-qawwa tal- Ġermanja, Wales, il-Kroazja, is-Slovenja, l-Bożnja Herzegovina, l-Iżvizzera, l-Iżrael, il-Belġju u l-Italja.
It-tim Malti, f’din il-kompetizzjoni hu magħmul minn Noel Coleiro, Rodmar Pulis u Jovan Reljic, it-tlieta b’esperjenza estensiva fix-xena internazzjonali. Inklużi wkoll hemm l-iżgħar atleta fit-tim, Kieran Mifsud ta’ 14-il sena, atleta promettenti ħafna.
Il-kap tad-delegazzjoni kif ukoll kowċ nazzjonali, Jesmond Caruana, se jmexxi t-team filwaqt Ramona Borg ġiet magħżula sabiex tkun uffiċjali tekniku tal-kompetizzjoni.
Minbarra l-fatt li t-tim Malta qed jiddefendi midalja tal-fidda, l-avveniment għandu importanza akbar peress li se jservi wkoll bħala kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsir fi Glasgow aktar tard din is-sena.
Intant Stephen Borg se jmur Ciechanow fil-Polonja, s-Sibt 26 ta`April biex jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ. Huwa ngħażel mill-Federazzjoni Ewropeja tal-Weightlifting għal xogħol ta’ uffiċjal tekniku. Barra dan, Nicole Gatt u l-kowċ Mark Farrugia ukoll se jmorru l-Polonja sabiex jipparteċipaw f’dan il-kampjonat. Din se tkun kompetizzjoni ferm importanti għal Gatt peress li se sservi ta’ kwalifika għal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ li se jsir f’Nanjing fiċ-Ċina f`Awwissu li ġej.
//= $special ?>