Benfica rebħu l-kampjonat Portugiż għat-33 darba b’rebħa meritata fuq Olhanense.
L-attakkant Brażiljan Lima skorja doppjetta fit-tieni taqsima biex issiġilla r-rebħ tal-kampjonat meta fadal żewġ partiti għat-tmiem.
Fl-aħħar tliet staġuni Benfica kienu spiċċaw runners up u l-aħħar kampjonat li rebħu kien fl-2009-10.
Il-Ħamis Benfica taħt it-tmexxija tal-kowċ Jorge Jesus se jkunu qed jilqgħu lil Juventus fl-ewwel leg mis-semifinali tal-Europa League.
Lima li għandu 30 sena kien sieħeb lil Benfica fl-2012 mingħand Braga.
//= $special ?>

