Wara sena sħiħa ta’ taħriġ intensiv u kompetizzjonijiet fuq livell internazzjonali ċ-Champions renjanti nazzjonali Samuel Cali u Fiorella Sadowski ġew ippremjati għas-sagrifiċċji u x-xogħol li għamlu meta kkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej fejn se jiltaqgħu ma’ wħud mill-aqwa plejers tal-Badminton fl-Ewropa.
L-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ din is-sena se ssir bejn għada t-23 u s-27 ta’ April f’Kazan, fir-Russja. Fost il-parteċipanti se jieħdu sehem Jan O Jorgensen (DEN) li hu r-raba’ fid-dinja, Carolina Marin (SPA) l-għaxra fir-ranking mondjali, Christina Pederson u Joachim Fischer NielsenB (DEN)irrankjati r-raba’, u stilel oħra.
Cali jiddebutta ontra Michal Rogalski (POL) fl-individwali tal-Irġiel, filwaqt li Sadowski tilgħab kontra r-rebbieħa bejn Stefani Stoeva (BUL) u Marie Demy (BEL) fl-individwali tan-Nisa. Cali u Sadowski jilagħbu flimkien fil-Mixed Doubles kontra Daniel Font u Sarah Thomas (WAL).
Kelliem għall-Badminton Malta ferraħ liż-żewġ plejers għal dan it-tragward u xtaqilhom kull suċċess f’din l-esperjenza ġdida waqt li wera wkoll is-sodisfazzjon tal-Għaqda għall-passi kbar li qed jagħmel dan l-isport fil-qasam sportiv bogħod minn xtutna.
Id-dilettanti jistgħu jsegwu l-logħob tal-Kampjonati Ewropej permezz tal-YouTube channel ta’ Badminton Europe (streaming live).
//= $special ?>