Internazzjonali

Cameron fil-mira ta’ kritika minħabba l-fidi Nisranija

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qed ikun mira ta’ kritika wara sejħa beix r-Renju Unit tkompli titqies bħala pajjiż Nisrani.

Madwar 55 personalita Ingliża minn kittieba għal politiċi qalu li bi kliem simili hu kien qed jagħmel ħsara lis-soċjetà Ingliża. Huma qed isostnu li membri tal-Gvern elett ma kellhom ebda dritt li jagħtu preferenza lil reliġjon fuq oħra.

Tul dawn l-aħħar xhur Cameron tkellem diversi drabi fil-pubbliku dwar il-fidi Nisranija tiegħu.
Il-ġimgħa li għaddiet f’artiklu fil-ġurnal The Church Times, il-Prim Ministru Ingliż qal li ma kienx jistħi jgħid minn wiċċu ta’ quddiem li kien Nisrani imma ma kienx wieħed li jikkritika reliġjonijiet oħrajn jew dawk li ma jemmnu f’xejn. Imma hu kritika lil dawk li jridu n-newtralità fir-reliġjon. Hu qal li dan il-ħsieb kien qed iċaħħad lir-Renju Unit minn sors vitali ta’ moralità.

Issa, fil-messaġġ tal-Għid, Cameron tkellem dwa ril-fid Nisranija tiegħu u kif tgħinu fil-ħajja. Tul dawn l-aħħar snin kien qed ikun hemm ħafna kritika fir-Renju Unit li l-Gvern kien warrab f’ġenb lill-Insara.