Il-President tal-Korea t’Isfel, Park Geun-hye, kellha kliem iebes ħafna fil-konfront ta’ xi wħud mill-membri tal-ekwipaġġ abbord il-vapur mimli studenti li għereq il-ġimgħa li għaddiet.
Hi qalet li dak li ġara kien jixbah ħafna lil qtil u dawk responsabbli kellhom iġorru il-piż legali kollu kemm mil-lat ċivili kif ukoll kriminali.
Fi tmiem il-ġimgħa, ħarġu dettalji tal-paniku u nuqqas ta’ qbil fost il-membri tal-ekwipaġġ tas-Sewol, li għereq b’476 perrsuna abbord barra l-gżira ta’ Jeju.
Minn dawk, 174 biss kienu salvati.
//= $special ?>

