Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed juża’ t-tema “Malta Aħjar” għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żvela dan, kif ukoll il-logo li se jakkumpanja lill-Partit sal-24 ta’ Mejju li ġej, fi tweet li tella’ għall-ħabta tat-8pm. Fuq Twitter, il-Kap tal-Oppożizzjoni spjega li l-Partit Nazzjonalista għandu għan wieħed, jiġifieri li jagħmel Malta Aħjar. Il-logo jiġbor flimkien il-kuluri tal-bandiera Maltija, l-abjad u l-aħmar, u dak tal-bandiera Ewropea, il-blu bl-istilel li jissimbolizzaw l-Unjoni Ewropea.
Sadanittant, aktar tard matul l-għodwa, il-Kap Nazzjonalista u s-Segretarju Ġenerali Chris Said indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali. Fis-6pm, imbagħad, tingħata bidu għall-kampanja elettorali b’Rally fid-Dar Ċentrali. Ir-Rally se tkun indirizzata mis-Segretarju Ġenerali u mill-Kap tal-PN.
//= $special ?>