Fis-26 t’April 2014, MaltaPost se toħroġ miniature sheet b’żewġ bolli biex tiċċelebra l-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II.
Il-bolli għandhom valur ta’ €0.26 u €1.85 u juru ritratti tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II rispettivament.
Ġwanni XXIII kien elett Papa fit-28 ta’ Diċembru 1958 wara l-mewt tal-Papa Pius XII. Il-pontifikat tiegħu dam ħames snin u jibqa mfakkar bħala Papa ġentili u kuraġġuż. Il-Papa Ġwanni XXIII jibqa mfakkar ukoll għaż-żjarat li għamel lill-morda u l-ħabsin matul il-pontifikat tiegħu. Matul iż-żmien tiegħu huwa ġabar flimkien is-Sinodu Ruman, waqqaf il-Kummisjoni għar-Reviżjoni tal-Kodiċi tal-Liġi Kanonika u laqqa’ t-tieni Kunsill tal-Vatikan.
Ġwanni Pawlu II kien elett Papa fis-16 t’Ottubru 1978. Ħafna jiftakru dan il-Papa bħala personalita’ kariżmatika li ġabet tibdil pożittiv fil-Knisja Kattolika. Matul iż-żmien tiegħu huwa għamel iktar minn mitt żjara pastorali barra l-Italja u numru kbir ta’ żjarat ġewwa l-Italja. Meta mqabbel mal-predeċessuri tiegħu huwa għamel l-aktar ammont ta’ laqgħat ma’ mexxejja ta’ nazzjonalitajiet u membri ta’ knejjes.
Il-bolli kienu ddisinjati mill-MaltaPost u se jinħarġu f’miniature sheet. Id-daqs tal-bolla hu dak ta’ 44 mm x 31mm b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (ċomb) u d-daqs tal-miniature sheet hu dak ta’ 120mm x 80mm. Il-bolli ġew stampati b’watermark tas-Salib ta’ Malta minn Printex Ltd u saru fuq miniature sheets. Se jiġu pprintjati 40,000 miniature sheet.
Il-miniature sheet se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali kollha minn nhar is-Sibt 26 t’April. Ordnijiet jistgħu isiru online fuq maltaphilately.com jew bil-posta mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – Telephone 2596 1740 – e-mail: info@maltaphilately.com
//= $special ?>