Il-ġurnalista sportiv, Mario Meli reġa’ ppublika edizzjoni oħra dwar l-Istorja tat-Tazza tad-Dinja, din id-darba b’format ġdid, b’aktar dettalji interessanti dwar kif twaqqfet il-FIFA u dwar kull edizzjoni mill-ewwel waħda tal-1930 sal-aħħar waħda li saret fis-sena 2010 fl-Afrika t’Isfel, b’riżultati, skorers u referees.
Il-ktieb b’196 paġna jinkludi wkoll dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir fil-Brażil, dwar rekords li twaqqfu matul iż-żmien u dwar ir-riżultati miksuba mit-tim nazzjonali Malti minn mindu beda jipparteċipa fil-preliminari mill-1971.
Hemm ukoll l-iskeda tal-partiti fil-Brażil u hemm ukoll fejn wieħed jista’ jikteb ir-riżultati kollha.
Il-ktieb kollu bil-kulur, fih ukoll anki ritratti ma’ kull edizzjoni u jinkludi artiklu speċjali mill-President tal-Malta Football Association, Norman Darmanin Demajo.
//= $special ?>

