Knisja

L-aħħar produzzjoni tal-Gozo Creative Theatre The Jeweller’s Shop (Il-Ħanut tad-Deheb)

Fl-okkażjoni tal-kanonizazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II, il-Gozo Creative Theatre Club ser itella’ il-produzzoni “Il-Ħanut tad-Deheb: Meditazzjoni fuq is-sagrament taż-Żwieġ ta’ Karol Wojtyia” (il-Papa Ġwanni Pawlu II). Din il-produzzjoni ta’ att wieħed li ġiet tradotta mill-Polakk minn Boleslaw Taborski, tesplora r-relazzjonijiet bejn il-mara u r-raġel kif ukoll tinvestiga l-ferħ u l-uġigħ tal-imħabba u ż-żwieġ.

Karol Wojtyia kien involut għal snin sħaħ fid-dinja tat-teatru. Bħala student tal-letteratura, u wara saċerdot, isqof u arċisqof, huwa ħadem fuq il-palk, idderiġa, kiteb kritika drammatika, għamel traduzzjoni ta’ Oedipus Rex ta’ Sophocles u kiteb sitt drammi. The Jeweller’s Shop hija l-unika dramm li ġie tradott bl-Inġliż li ġie awtorizzat mill-Vatikan. Dan id-dramm iħares lejn dak kollu li tinvolvi l-imħabba romantika u ż-żwieġ minn att uman.

F’din il-produzzjoni niltaqgħu ma’ sitwazzjoni reali u animata tal-mod kif wieħed iħares lejn l-imħabba. Nsibu wkoll esplorazzjoni tal-motivazzjonijiet wara li wieħed iħoss li għandu jingħaqad ma’ persuna oħra. Kollox ma’ kollox din il-produzzjoni tipproġġetta l-ħsibijiet tar-raġel il-kbir li l-kariżma tiegħu ġibdet l-imaġinazzjoni tal-poplu mondjali.

George Mizzi huwa d-direttur artistiku ta’ The Jeweller’s Shop li ser jieħdu sehem fiha diversi awturi Għawdxin mill-aqwa bħal Mariella Cassar, Mariella Falzon Gannon, George Camilleri, Charlene Galea, Jamie Camilleri, Marisa Galea, Mark Lawrence Zammit, Sharona Refalo, Andy Fava u Sandra Grech.

The Jeweller’s Shop ser tiġi mtella’ b’kollaborazzjoni ma’ Wirt Għawdex ġewwa l-Kappella Medjevali ta’ Santa Cecilia, Triq Lambert, Għajnsielem Għawdex, nhar il-Ġimgħa u s-Sibt 2 u 3 ta’ Mejju 2014 fit-8.00pm, kif ukoll il-Ħadd 4 ta’ Mejju fis-7.00pm. Dħul b’xejn. Nissuġerilkom taħsbu kmieni sabiex ma toħorġux iddiżżapuntati.