Lokali

Raġel arrestat wara sparatura fil-Ħamrun

Raġel ta’ 31 sena kien arrestat mill-Pulizija u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu spara fuq żewġ persuni quddiem ħanut tax-xorb fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12.45am.

Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com u li kienu qrib il-post fejn seħħ il-każ qalu li jidher li nstemgħu aktar minn żewġ tiri u l-Pulizija qed tfittex lill-persuni li ġew milquta. Dan għax hekk kif seħħet l-isprataura, iż-żewġ persuni li ntlaqtu mit-tiri sparati lejhom ħarbu mill-post.

Il-Maġistrat tal-għassa Ian Farrugia ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta. Il-Pulizija mid-Dipartiment għall-Investigazzjonijiet Kriminali u oħrajn mill-Għassa tal-Ħamrun qed jistħarrġu l-każ.