Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 21 sena mill-Guinea jinsab fil-periklu tal-mewt wara li llum, għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar, ittajjar minn vettura ta’ tip Toyota Vitz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Il-vittma ttieħed immedjatament l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata fuq il-każ.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.