Servizz ta’ Robert Cremona
Reġa’ wasal il-mument biex il-poplu jagħti sehemu. “F’din il-kampanja l-Partit Nazzjonalista jrid juri li għadu partit ħaj, partit li għandu qalb tħabbat, bid-demm ibaqbaq, partit mimli enerġija u ideat. Irridu nuru f’hix nemmnu u x’nirrappreżentaw.”
Hekk sostna l-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt ir-rally li sar fid-Dar Ċentrali tal-PN fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew – attività li ġibdet lejn id-Dar Ċentrali mijiet ta’ nies, li setgħu isegwu l-messaġġ qawwi li wassal il-Kap tal-Partit għal din l-elezzjoni importanti.
Il-PN hu l-partit li dejjem ħadem, qed jaħdem u jibqa’ jaħdem għal Malta aħjar, qal il-Kap Nazzjonalista. Il-PN jemmen f’politika mibnija fuq il-prinċipji u l-valuri, fuq dak li hu sewwa. Il-PN jemmen li l-politika għandha tkun mibnija fuq l-onesta’ u mhux fuq il-gideb. Jemmen li l-politika tkun mibnija fuq l-umilta’ fejn iservi lin-nies mhux jisserva. Jemmen li l-politika qiegħdha hemm biex javanza l-pajjiż mhux biex javvanza xi partit. Il-PN jemmen f’politika li tgħaqqqad mhux li tifred.
Simon Busuttil qal li hu importanti li niftakru min hu l-PN, f’hix jemmen u x’jirrapreżenta. Għandna nkunu kburin b’dak li jemmen il-PN.
Malta jixirqilha aħjar minn dak li għamel fl-ewwel sena l-Partit Laburista. Il-PN hu kburi b’pajjiżna u rridu kulħadd ikun kburi li hu Malti. Il-pajjiż hu ċkejken imma poplu hu kbir. Kbir bil-ġenerożita’ tal-poplu, bil-kisbiet sportivi u kisbiet oħra b’talenti f’oqsma differenti ta’ kultura, edukazzjoni u saħħa. Mijiet ta’ Maltin huma mxerrda madwar id-dinja f’missjonijiet jew bħala emigranti.
Simon Busuttil staqsa jekk il-Gvern Laburista għamilx lill-poplu kburi. “Kien hemm għalfejn jirredikola lil isem Malta bil-liġi taċ-ċittadinanza?” Joseph Muscat kisser isem Malta bl-attiitudni fil-konfront tal-UE. Mhux juri attitudni pożittiva. “Għadhom jaraw l-ewropa bħala huma u mhux aħna.”
Il-Kap Nazzjonalista qal li Malta hi aħjar meta l-poplu jingħaqad mhux meta jinfired. Il-PN għamel dak kollu li seta’ biex il-pajjiż ikun magħqud għaliex jemmen li anke b’ideat differenti l-poplu xorta waħda jista’ jkun polu wieħed. Il-PN hekk ġab ruħu meta ftit ilu ġie l-mument biex jinħatar il-President tar-Repubblika. Il-PN wera bil-fatti li pajjiżna jkun aħjar meta jkun hawn il-għaqda.
Simon Busuttil qal li kien grazzi għall-Oppożizzjoni li sar titjib fil-liġi dwar iċ-ċittadinanza kif ukoll ippropona żewġ liġijiet li jagħtu drittijiet u dinjita’ lil kull persuna f’Malta u Għawdex.
Simon Busuttil staqsa jekk il-Prim Ministru saħħaħx l-għaqda bejn il-poplu bil-liġi taċ-ċittadinanza jew bid-deċiżjoni li akkost ta’ kollox jankra tanker enormi tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
“X’eżempju ta’ liġi dwar l-unjoni ċivili?” Il-PN qal li wasal iż-żmien li fil-pajjiż ikun hawn liġi li tirrikonoxxi l-għaqda bejn żewġ persuni tal-istess stess. Imma ma kienx hemm raġuni biex jorbot din il-liġi mal-adozzjoni. Il-Gvern Laburista qed juri li jrid ifittex il-firda.
Il-PN jemmen fil-kapaċitajiet ta’ kulħadd. Dejjem kellu u dejjem ikollu fiduċja fit-talenti tal-poplu Malti. Għahekk kien il-PN li ġab l-indipendenza u li daħħal lil Malta fl-UE. Dawn huma sewġ appuntamenti li jfakkru kemm il-PN jemmen fil-kapaċitajiet tal-Maltin u l-Għawdxin.
Nemmnu li kulħadd għandu talenti imma mhux skont il-kulur. Jekk il-Prim Ministru veru jemmen li Malta tagħna lkoll, kulħadd għandu jingħata l-opportunità, mhux nies magħżula biss.
Mhux sew li l-Gvern li jagħti lil tal-qalba u jinjora lill-poplu. Kompla Simon Busuttil. Il-Gvern għandu jkun għall-poplu kollu. Meta jiddiskrimina, l-PL mhux qed jiddiskrimina man-Nazzjonalisti biss ikżda anke mal-Laburisti li mhumiex tal-qalba.
Simon Busuttil qal li rridu naraw li Malta qed titmexxa b’mod li jixirqilha. Bi trasparenza, b’responsabbilta politika, bi ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Fejn hi t-trasparenza meta qed jaħbi kemm qed jingħataw in-nies tal-qalba? Fejn hi l-ġlieda tal-korruzzjoni meta fil-każ ta’ tixħim ta’ uffiċjali tal-Enemalta, l-Prim Ministru ta struzzjonijiet biex ma jittiħdux passi.
Fl-ekonomija l-Gvern jista’, jekk irid joħloq opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. Minn issa jista’ joħloq opportunitajiet futuri ta’ xogħol għat-tfal. Illum il-PM jiftaħar kemm qed joħloq impjiegi mingħajr ma jammetti li qed tikber ir-rata tal-qgħad. Dan kollu juri li l-Gvern jaħseb biss għal tal-qalba iżda mhux jaħseb għall-poplu.
Anke fejn jidħlu ż-żgħażagħ, fil-kampanja qal li se jagħti garanzija ta’ xogħol, studju jew taħriġ. Illum, sena wara, hawn 5,800 żagħżugħ u żagħżugħa jfittxu x-xogħol. L-unika skema li waqqaf il-Gvern hi miftuħa għal 350 persuna biss.
Simon Busuttil qal li jispera li dawn ma jkunux magħżulin minn Gvern Laburista.
Il-Kap Nazzjonalista qal li fl-24 ta’ Mejju l-poplu għandu appuntament elettorali importanti għall-Parlament Ewropew, parlament li fih jittieħdu deċiżjonijiet li jolqtu lill-poplu bħala poplu Malti u bħala poplu Ewropew. Importanti wkoll għaliex il-Gvcern ma ħadimx għal Malta aħjar imma kien il-PN li ħadem għal dan u ta eżempju kif għandhom jimxu l-affarijiet. Il-PL għamel affarijiet li ma kinux fil-programm eletttorali u ħa deċiżjonijiet ħżiena. Joseph Muscat reġa’ qal li għadu l-underdog. Simon Busttil sejjaħ lill-Prim Ministru biex ma jibqax jidħaq bin-nies.
Il-PN jgħid l-affarijiet kif inhuma. Jgħid lill-poplu, lil kulmin hu diżappuntat bil-gvern jitkellem bil-vot tiegħu. Fl-24 ta’ Mejju se jkollu opportunita’ li jibgħat messaġġ lill-Gvern. Mhix elezzjoni biex jirbaħ Simon Busuttil. Wara din l-elezzjoni se jibqa’ fil-Gvern il-PL. Iżda l-poplu għandu ċans jibgħat mnessaġġ lill-Gvern li s-36,000 vot u disa’ siġġijiet aktar ma għandhomx jitilgħulu għal rasu. Dik il-maġġornza mhix liċenzja biex il-Gvern jagħmel li jrid.
Il-Kap Nazzjonalista qal li għad hemm ħafna nies li l-PN irid jiltaqa’ magħhom. “Irridu nirbħu l-fiduċja tan-nies. Se nersqu lejn dawn in-nies b’sens ta’ umilta’, b’onesta’ u bil-verita’.
Ejja nagħmlu kuraġġ u ma naqtgħux qalbna. Ejja nuru li l-qalbna aħjar mill-flus. Ejja nuru li l-qalb aħjar mit-tined u mill-billboards. Ejja nuru li l-PN hu partit b’qalb kbira. Ejja nuru li għad hawn partit li l-affarijiet jagħmilhom sew. Partit li ibbażat fuq is-sewwa għaliex is-sewwa jirbaħ zgur.
Qabel id-diskors tal-Kap tal-PN, indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said. Huwa beda billi fakkar dak li għadda minnu l-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, elezzjoni li minnha l-PN tgħallem mill-iżbalji.
Chris Said qal li fl-aħħar ġimgħat twaqqfu fergħat ġodda li ġibdu lejn il-PN nies ġodda li lesti jagħtu servizz lill-partit u lill-pajjiż. Twaqqfu wkoll il-Kumitati sezzjonali fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex b’nies li ilhom għal snin twal jagħtu servizz lill-partit u oħrajn ġodda. Hemm ukoll għadd kbir ta’ voluntiera li qed ikunu ta’ servizz biex Malta tkun aħjar.
Chris Said irringrazzja lill-ħaddiema tal-Partit li bis-sagrifiċċji tagħhom il-PN mhux bissma tilifx il-media tiegħu iżda skont stħarriġ qed juru li qed jiġbdu numru akbar ta’ nies.
Is-Segretarju Ġenerali qal li minkejja d-diffikultajiet kbar li hemm, xejn mhu se jaqta’ qalb il-PN għaliex hemm l-appoġġ tal-poplu, L-appuntamnent tal-24 ta’ Mejju hu importanti wkoll għall-pajjiż għaliex il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu Malta aħjar minħabba Gvern li ħeba affarijiet li qed iwettaq.
Il-PL wiegħed il-meritokrazija iżda qed jaqdi biss lil tal-qalba u lil tal-familja. Hemm ukoll in-nies li dehru fil-billboards jew għenu lill-PL biex jirbaħ l-aħħar elezzjoni ġenerali. Dan biss hu l-mertu li bih ngħataw il-ħatriet.
Il-mara tal-Ministru Mizzi ngħatat impjieg b’salarju ta’ 13,000 ewro fix-xahar. Kandidati laburisti li jieklu b’aktar minn żewġt iħluq. Joseph Muscat kien wiegħed li ħadd mid-Deputati tiegħu ma kien se jiekol b’aktar minn ħalq wieħed. Iżda s-sieħba fin-negozju tal-mara tal-Prim Ministru qed taqla’ 60,000 ewro fis-sena u qed jaħbu milli jgħidu kemm verament qed taqla. “Forsi qed taqla iżjed ?” staqsa Chris Said.
Skont il-meritokrazija ta’ Joseph Muscat, ħabib tiegħu ħa erba’ promozzjonijiet fi ftit ġimgħat. Il-Prokurartur Legali tal-PL nħatar Kummissarju tal-Pulizija.
Chris Said qal li hu ovvju li l-PL ma għandux problemi finanzjarji meta l-Gvern Laburista ta lill-partit tiegħu proprjeta’ li tiswa l-miljuni ta’ ewro.
Is-Segretarju Ġenerali qal li hi importanti ħafna r-reputazzjoni tal-pajjiż. Il-PL kisser ir-reputazzjoni li pajjiżna kien kiseb bil-kriżi tal-Libja. Joseph Muscat kisser ir-reputazzjoni ta’ Malta permezz tal-bejgħ taċ-ċittadinanza. Illum hawn il-problema tan-nuqqas tax-xogħol. L-uniku mod kif ħoloq ix-xogħol Joseph Muscat hu li impjega 1,000 persuna mal-Gvern. Mingħajr dawn, kien ikun hawn 1,000 persuna aktar ifittxu x-xogħol. L-uniku inizjattiva li ħa l-PL hi l-ħolqien ta’ korp bl-isem “Ħaddar u Sebbaħ “ (Cleaner and Greener). Dan ifakkar fil-korpi ta’ Baħħar u Sewwi jew Iżra’ u Rabbi.
Chris Said qal li l-Gvern mhux jisma’ min-nies ta’ Marsxalokk u mill-biża’ tagħhom dwar it-tank tal-gass.
Joseph Muscat juża lill-persuna imbagħad jarmiha. Hekk għamel man-nies ta’ madwaru aħseb u ara x’lest jagħmel mal-kumplament.
Il-messaġġ lill-Partit Laburista jista’ jintbagħat billi fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jingħata l-vot lill-kandidati kollha tal-PN. Il-PN għandu team ta’ kandidati mill-aqwa u dawn lesti jagħtu s-sehem tagħhom biex ikollna Malta aħjar.
Il-PL qed juża l-flus tal-poplu biex jagħmel kampanja għal dawn l-elezzjonijiet. Il-PN ma għandux il-fondi iżda jaf li għandu l-appoġġ tal-poplu.
Chris Said ħeġġeġ lill-poplu biex fl-1 ta’ Mejju jagħti l-appoġġ tiegħu f’maratona ta’ ġbir ta’ fondi. Il-kampanja tal-PN se tkun imħallsa minn dak li jinġabar għal dan l-iskop. Il-kampanja se tkun immirata biex il-PN imur għand in-nies. S’issa, il-mexxejja u l-kandidati tal-PN daħlu fi djar ta’ eluf ta’ familji. Kienet esperjenza inkredibbli li qed twassal għal dak li ried il-Kap Nazzjonalista, biex il-PN jiltaqa’ man-nies.
Chris Said ħeġġeġ lill-poplu biex fl-24 ta’ Mejju jmur jagħti l-vot lill-11-il kandidat tal-PN. B’dan il-mod il-Gvern jingħata messaġġ li mhux se jitħalla jgħaffeġ fuq il-poplu.
//= $special ?>