Hekk kif it-tifitxija għall-ajruplan tal-Malaysian Airlines li għeb fit-8 ta’ Marzu waqt titjira bejn il-Malasja u ċ-Ċina, hemm suspetti li l-ajruplani ta’ din il-kumpannija tal-ajru jistgħu jkunu fil-mira ta’ atti ta’ sabutaġġ.
Il-Pulizija Malasjana konfermat li kienet infetħet investigazzjoni biex ikun magħruf jekk ajruplan tal-Malaysian Airlines li kien fuq titjira lejn l-Indja kienx mira ta’ sabutaġġ. Dan wara li l-ajruplan kellu jirritorna lura l-Malasja u jagħmel inżul tal-emerġenza. Il-Boeing 777-800 , b’166 persuna abbord, kellu inżul drammatiku hekk kif sploda tyre u l-landing gear ma ħadimx kif suppost.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, apparti il-każ tat-titjira MH370, kien hemm inċidenti f’ajruplani tal-Malaysian Airlines fosthom f’Hong Kong u Kathmandu fejn l-ajruplani kellhom jagħmlu inżul ta’ emerġenza.
Sadattant fil-każ tat-tfitxija tal-ajruplan li għeb, s’issa baqa’ ma nstab xejn u m’hu magħruf xejn x’seta’ ġara. Qed ikomplu jikbru wkoll l-indikazzjonijiet li t-tfitxija tista’ tiġi sospiża minħabba l-ispiża kbira involuta.
Il-bieraħ għaxar ajruplani u 11-il bastiment komplew ifittxu għall-ajruplan barra Perth fl-Awstralja f’zona ta’ 50,000 kilometru kwadru.
//= $special ?>

