Futbol Sport

Valletta jħallu kollox għall-aħħar logħba

VALLETTA………1
BALZAN…………..0

Valletta> N. Revishvili, J. Caruana, S. Borg, R. Fenech, L. Montebello, A. da Silva Souza, S. Bajada, D. Rocha dos Santos, I. Maisuradze, A. Nafti, L. Dimech
Sost> L. Elford Alliyu flok A. da Silva Souza 76’, E. Agius flok L. Montebello 76’

Balzan> M. Bartolo, J. Grioli, S. Bezzina, A. Scicluna, R. dos Santos, K. Magro, D. Grima, E. Bilbao Zarate, P. dos Santos Calcado, L. Micallef, J.L. Armario Negrin
Sost> F. Aboulezz flok L. Micallef 77’

Skorjaw> D. Rocha dos Santos 51’ (V)
Imwissija> J. Grioli 56’, K. Magro 74’ P. dos Santos Calcado 82’ (B), L. Dimech 68’ (V)
Tkeċċa> P. Dos Santos Calcado 93’ (B)
Referee> Paul Caruana
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba> Alan da Silva Souza
Attendenza> 1630

Valletta żammew ħajjin it-tamiet li jirbħu t-22 kampjonat fl-istorja meta għelbu lil Balzan 1-0 u baqgħu żewġ punti taħt iċ-Champions Birkirkara. Għalhekk waslet il-konferma li l-aħħar partita bejn iż-żewġ timijiet se tiddeċiedi r-rebħ tal-kampjonat fejn issa l-Beltin iridu bilfors rebħa.
Il-partita kienet mimlija tensjoni għal Valletta bil-Karkariżi jittamaw li Valletta ma jirbħux ħalli jkunu nkurunati Champions għall-ħames darba.
Il-kowċ Andre Paus wettaq żewġ bidiliet mill-aħħar konfront kontra Mosta, b’Jonathan Caruana u Luke Dimech jirritornaw minn sospensjoni u ħadu post Ian Azzopardi u s-sospiż Roderick Briffa.
Għal Balzan reġa’ kellhom lil Vignaroli u Sciberras neqsin filwaqt li irritorna minn sospensjoni Justin Grioli li ħa post Firaz Aboulezz.
Balzan kellhom l-ewwel azzjoni wara 3 minuti meta free-kick ta’ Pedro Calcado għadda ftit barra. Fl-10 minuta Balzan għal darba oħra viċin meta Revishvili tar minn tulu biex salva konklużjoni ta’ Dylan Grima.
Valletta wieġbu b’żewġ konklużjonijiet fil-15-il minuta b’xutt ta’ Alan da Silva Souza li għadda ftit barra u minuta wara xutt ta’ Maisuradze għadda għoli. Il-Beltin dehru li ħadu r-riedni f’idejhom u fil-21 minuta minn kross ta’ Nafti, d-daqqa ta’ ras ta’ Steve Borg għaddiet ftit barra.
Balzan setgħu marru fil-vantaġġ fit-43 minuta meta f’kontrattakk il-ballun spiċċa għand Zarate iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Revishvili.
Il-Beltin ħarġu iktar aggressivi fit-tieni taqsima u marru fil-vantaġġ fil-51 minuta meta Alan da Silva Souza krossja lejn DENNI ROCHA DOS SANTOS li skorja b’xutt mill-ewwel li ħabat mal-mimduda u daħal ġewwa. Valletta marru viċin it-tieni gowl fis-70 minuta meta minn kross ta’ Ryan Fenech, ix-xutt ta’ Luke Montebello għadda ftit barra.
Fit-78 minuta ħarba ta’ Shaun Bajada li pprova xutt kross li iżda spiċċa barra u erba’ minuti wara xutt ta’ Edmond Agius ġie salvat mingħajr diffikulta` minn Bartolo. Valletta għalqu l-logħba fuq l-attakk u marru viċin it-tieni gowl fil-85 minuta meta wara azzjoni personali Edmond Agius xeħet ftit barra.