Internazzjonali

Żjara ta’ Biden fl-Ukrajna fost tensjoni ma taqta’ xejn

It-tensjoni fl-Ukrajna mhi tbatti xejn, minkejja ż-żjara tal-Viċi President tal-Istati Uniti Joe Biden fil-pajjiż. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa, tliet persuni nqatlu f’rejd li sar fuq checkpoint ta’ militanti favur ir-Russja fi Sloviansk.

Suppost, għall-Festa tal-Għid kien qed jiġi osservat ftehim ta’ sospensjoni mill-attività miltiari, bil-Gvern Ukren qal li qed jinvestiga biex jara min kien wara dan il-qtil. Ir-Russja qed takkuża lill-Ukrajna li mhux qed tirrispetta l-ftehim li ntlaħaq f’Ġinevra l-Ħamis li għadda bl-iskop li tonqos it-tensjoni fil-lvant tal-Ukrajna.