Lokali

Aġġornata: Ġlieda bejn numru ta’ persuni fil-Ħamrun

Il-Pulizija qed tinvestiga ġlieda li seħħet fil-Ħamrun u li fiha kienu nvoluti madwar 10 persuni. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.45pm qrib il-Knisja tal-Kunċizzjoni. Filwaqt li l-ewwel informazzjoni li waslet għand MaltaRightNow.com qalet li fil-ġlieda kien hemm min uża s-skieken, fis-sigħat ta’ wara l-Pulizija ċaħdu dan. Madankollu, huma kkonfermaw li fil-ġlieda kienu nvoluti “numru ta’ persuni”, b’uħud minnhom isofru feriti ħfief.

Għadu mhux magħruf x’wassal għall-argument, hekk kif MaltaRightNow.com tinsab ukoll infurmata li hekk kif in-nies involuti fil-ġlieda raw il-Pulizija, dawn sparpaljaw f’kull direzzjoni. Dan wassal biex il-Pulizija twettaq tfittxija għal min kien involut filwaqt li tinvestiga dan il-każ.