Futbol Sport

Capello se jirtira fl-2018

FUTBOL – Il-kowċ nazzjonali tar-Russja Fabio Capello ħabbar li se jirtira wara li tintemm it-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja stess. Capello, eks kowċ ta’ diversi klabbs fosthom Roma, Milan, Juventus u Real Madrid ilu jmexxi lit-tim Russu sa mill-2012 meta dakinhar kien ħa post Guus Hiddink. Capello kien anke kowċ nazzjonali tal-Ingilterra.

F’Jannar Capello, li għandu 67 sena ġedded il-kuntratt tiegħu mar-Russja b’erba’ snin oħra. “Fl-2018 ikollu 71 sena u nemmen li jkun xieraq li nieqaf naħdem. Irrid nagħmel bħal Ferguson. Dak waqaf jaħdem fl-eta` ta’ 72 sena u jien se nispiċċa sena qabel,” qal Capello.

Matul is-sajf ir-Russja se tkun qed tikkompeti fit-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Brażil fejn fil-fażi tal-gruppi r-Russi se jilagħbu kontra l-Alġerija, l-Belġju u l-Korea t’Isfel.

Capello qal li l-għan prinċipali tat-tim se jkun li jaslu sal-kwarti tal-finali. Ir-Russja, li qegħdin fit-18-il post fir-rankings mondjali tal-FIFA qatt ma irnexxielhom jgħaddu mill-fażi tal-gruppi fiż-żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja li ħadu sehem fihom.