Internazzjonali

Dubji dwar ‘militanti’

IL-JEMEN – Uffiċjali fil-Jemen qegħdin jippruvaw jidentifikaw uħud fost numru ta’ suspettati militanti li tilfu ħajjithom waqt sensiela ta’ attakki mill-ajru li kkonċentraw fuq l-inħawi remoti tal-pajjiż, f’dawn l-aħħar ġranet.

Qegħdin isiru wkoll il-provi tad-DNA għall-konferma jekk Nasser al-Wuhayshi, il-Kap tal-Grupp Al-Qaida fil-Penisola Għarbija, u Ibrahim al-Asiri, magħruf bħala l-manifattur tal-bombi ma’ dan il-grupp, spiċċawx fost il-maqtula.

Intant, uffiċjali Amerikani qalu li la Al-Wuhayshi (eks-kollaboratur tat-terrorista Osama bin Laden) u lanqas Al-Asiri ma kienu mira intenzjonata tal-attakki li – bejn nhar is-Sibt u nhar it-Tnejn – laqtu l-artijiet ta’ Shabwa u l-provinċji ta’ Bayda u Abyan, fil-qrib.