Il-mod kif qed tiżviluppa l-ekonomija internazzjonali u anke bl-isfidi li għandha quddiemha l-ekonomija Maltija llum hu essenzjali li l-istudenti żgħażagħ ikollhom esperjenza diretta ta’ xogħol waqt li huma jkunu għaddejjin bl-istudji tagħhom. Dan sostnietu l-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Helga Ellul waqt żjara li għamlet fil-kumpanija Think.
Din il-kumpanija ilha taħdem f’Malta 10 snin u tispeċjalizza fis-settur tal-kompjuters u t-teknoloġija tal-informazzjoni. Il-kumpanija tħaddem 10 impjegati u fl-aħħar xhur irnexxielha tiżviluppa diversi prodotti ġodda fis-settur tat-teknolġija tal-informatika. Fost dawn, il-kumpanija Think żviluppat app, li permezz tagħha kumpaniji żgħar jistgħu faċilment joħolqu sit elettroniku li jkun ta’ beneficcju kbir għalihom mill-aspett kummerċjali.
Helga Ellul ingħatat informazzjoni dwar l-isfidi li sabet quddiemha l-kumpanija meta bdiet topera u l-mod kif permezz ta’ viżjoni u determinazzjoni, illum din il-kumpanija tista’ tkun mudell għal inizjattivi oħra minn impendituri żgħażagħ. Helga Ellul qalet li fl-Unjoni Ewropea qed dejjem tiżdied il-kuxjenza favur l-integrazzjoni tax-xogħol fil-perjodu tal-istudji għax m’għadux aktar possibbli li studenti żgħażagħ jitilfu perjodu bla ma jkollhom esperjenzi ta’ xogħol.
//= $special ?>