Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija ħabbret li sabet liż-żewġ persuni li ndarbu fi sparatura matul il-lejl bejn il-Ħadd u lbieraħ f’ħanut fil-Ħamrun. Għadu mhux magħruf x’wassal biex iż-żewġ irġiel spiċċaw fil-mira ta’ raġel ta’ 31 sena, li fetah in-nar fuqhom f’ħanut tax-xorb fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Jirriżulta li filwaqt li r-raġel li spara kien arrestat mill-ewwel mill-Pulizija, għal xi raġuni ż-żewġ persuni li ntlaqtu damu biex ġew identifikati.
Madanakollu, tard ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija qalet li b’rabta ma’ dan il-każ, żewġt irġiel ġew identifikati u nstab li qed isofru minn feriti ħfief. L-irġiel huma żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Santa Luċija u raġel ta’ 38 sena mill-Ħamrun.
//= $special ?>