NOFS MARATONA, GĦAWDEX – Madwar 300 atleta se jkunu qed jieħdu sehem fin-Nofs Maratona ta’ Għawdex li se ssir nhar il-Ħadd 27 ta’ April.
Din in-Nofs Maratona tibda mill-pjazza tax-Xagħra għan-niżla u tkompli bit-telgħa lejn iċ-ċentru tar-Rabat. Minn hemm l-atleti jgħaddu minn Sannat, ix-Xewkija, Għajnsielem u l-Qala.
L-aktar parti mpenjattiva tal-korsa huma l-aħħar 6 mili fit-telgħa bejn il-Qala u n-Nadur u wara niżla oħra, jkun imiss l-aħħar telgħa lejn il-pjazza tax-Xagħra.
Fl-aħħar snin in-numru ta’ parteċipanti barranin żdiedu sewwa f’din in-Nofs Maratona u din is-sena l-atleti ġejjin minn 16-il pajjiż differenti, fosthom Drew Lang u Jacqueline Booker, rebbieħa tas-sena l-oħra kif ukoll Jonathan Balzan u Doreen Camilleri li rebħu t-tiġrija ta’ 8 mili.
L-applikazzjojnijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa 25 ta’ April. Aktar informazzjoni fuq www.gozomarathon.org
//= $special ?>