L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ippubblika il-‘Year Book’ uffiċjali għall-aħħar żewġ staġuni; 2011-2012 u 2012-2013 aġġornati sa’ Diċembru 2013.
Il-Year Book tal-MFA issa sar publikazzjoni tradizzjonali li jservi bħala l-istorja tal-Assoċjazzjoni.
Huwa wkoll kompendju peress li jinkludi d-dettalji tal-kompetizzjonijiet kollha f’Malta matul is-snin, kif ukoll statistiċi u rekords tal-klabbs Maltin f’kompetizzjonijiet.
Il-Year Book tgħaqqad minn Manuel Gauci li għandu esperjenza vasta fil-ġurnaliżmu tal-isports, u jista’ jinkiseb għall-prezz ta’ 8 ewro.
//= $special ?>