Ambjent Lokali

Ir-ramel tal-Bajja ta’ San Ġorġ jinġarr mal-baħar għax il-Gvern ried inaqqas mill-għoli tar-ramel

Deċiżjoni tal-Gvern biex ikabbar il-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan, wasslet biex ir-ramel fil-Bajja qed jispiċċa jinġarr mill-baħar. Minbarra t-telf tar-ramel, dan qed iwassal biex il-baħar jispiċċa mdardar u mhux attraenti għat-turisti, li tant kienu jħobbu jżuru din il-Bajja.

Sori li tkellmu ma’ In-Nazzjon spjegaw li l-problema oriġinat meta l-Gvern ried ikabbar iż-żona tar-ramla. Iżda minflok ma żied ir-ramel, kif normalment isir, il-Gvern għażel li jnaqqas l-għoli tar-ramel b’madwar nofs metru u jifirxu mal-kumplament tal-Bajja, bil-mira li din tikber b’madwar żewġ metri.

Biex issir din il-ħidma, il-Bajja ngħalqet għall-pubbliku għal tlett ijiem, bl-operazzjoni saret mill-Ħaddiema tal-Gvern. U kawża ta’ dan, f’dawn il-jiem meta l-baħar ikun fid-direzzjoni tal-grigal, qed jitla’ ħafna fuq ir-ramel u jġorr miegħu parti sostanzjali mir-ramel.

 

bajja ta' san gorg ramel

Il-baħar kien qed jispiċċa mdardar u mhux attraenti