Minkejja l-ftehim diplomatiku f’Ġinevra, is-separatisti favur ir-Russja fil-lvant tal-Ukrajna ċaħdu s-sejħa biex iċedu l-armi u jabbandunaw il-bini pubbliku maħtuf. Attivisti Russi jgħidu li mhux se jiċċaqilqu qabel ma jintlaqgħu t-talbiet tagħhom, jiġifieri li l-lvant tal-Ukrajna jsir federazzjoni ta’ stati li jħarsu lejn ir-Russja.
Is-separatisti qed jinsistu li ma jirrikonoxxux lill-Gvern ta’ Kjev iżda lanqas iridu ir-ritorn tal-eks President Viktor Yanukovych. Ħafna jħarsu lejn Vladimir Putin bħala l-President tagħhom u jistqarru li mhux se jivvotaw fl-elezzjoni Presidenzjali tal-25 ta’ Mejju.
//= $special ?>

