Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Jippruvaw missila għal distanzi qosra

IL-PAKISTAN Kelliema militari f’dan il-pajjiż qalu li ppruvaw, b’suċċess, tip ta’ missila li twassal fuq distanzi qosra u li kapaċi ġġorr warhead nukleari.

Intant, il-prova kienet segwita mill-komunità internazzjonali li tissorvelja mill-qrib il-programm tal-armamenti tal-Pakistan li ġġieled tliet gwerer mal-Indja, ġar u eksavversarju, mindu kiseb l-indipendenza fl-1947.

Il-prova tal-missila Hatf III Ghaznavi saret minn lokalità li mhix magħrufa u waqt sessjoni ta’ taħriġ militari, li għaliha attendew l-ogħla mexxejja militari tal-Pakistan.

Il-Ġenerali tal-Armata, aktar tard, qalu li l-eżerċizzju mexa skont il-programm, u awguraw lix-xjenzjati u lill-inġiniera kollha li kienu involuti f’din il-prova.