MARATONA TA’ BOSTON – Meb Keflezighi sar l-ewwel Amerikan fi 30 sena li rebaħ il-118-il edizzjoni tal-maratona ta’ Boston li bdiet b’ċerimonja li fakkret splużjonijiet li ħallew tliet persuni mejta u madwar 250 midruba s-sena l-oħra. Din is-sena ħadu sehem madwar 35,755 atleta minn 96 pajjiż.
Keflezighi, imwieled l-Eritrea u ċittadin Amerikan, ħalla warajh numru ta’ atleti Afrikani u għeleb l-isfida tal-Kenjan Wilson Chebet li spiċċa t-tieni quddiem Kenjan ieħor, Frankline Chepkwony. Keflezighi kellu ħin ta’ sagħtejn, tmien minuti u 37 sekonda.
L-aħħar darba li atleta Amerikan rebaħ din il-maratona kien Greg Meyer fl-1983.
//= $special ?>